Read More

Thank you!

Welcome to the new official page for the Xlendi Church, dedicated to Our Lady of Mt. Carmel. Feel free to move around this site, explore it, and send us feedback on our email xlendichurch@gmail.com

Wara l-festa titulari...


Meta nharsu lura lejn il-Festa Titulari tal-Madonna tal-Karmnu li ccelebrajna bejn il-21 t’ Awwissu u l-4 ta’ Settembru  2011, nistghu nghidu li kellna festa kif imiss.

Nista’ nghid li malli bdejt il-Gabra fil-Familji u Hwienet, bdejt inhoss li l-festa ser tkun success. U minn meta ntemmet il-festa rcivejt bosta kummenti sbieh u nkuragjanti mhux biss minn nies tax-Xlendi izda wkoll minn Maltin u Barranin li kienu fostna. sahansitra tkellmu xi whud fuq il-Festa tax-Xlendi fuq il-mezzi tax-xandir u lkoll kellhom kliem ta’ tifhir.

Izda fid-dinja dak li naghmlu ahna l-bnedmin qatt ma’ jista` jkun perfett ghal kollox. Ghalhekk avolja kellna Festa xierqa, xorta wahda jibqa` lok biex f’certi aspetti nirrangaw ghal ahjar.

Il-Hidma Volontarja:

Gimghat qabel il-Festa ghamilt appell ghal kull min jista` jghin b’xi mod fl-organizzazzjoni tal-Festa. Ftit wisq kienu dawk li offrew l-ghajnuna taghhom. Imma lil dawn it-talin irrid nghidilhom grazzi mill-qalb ghall-hidma volontarja li tawna fil-festa.

Is-Sehem tat-Tfal:

Hadna gost naraw it-tfal jorganizzaw u jaghmlu dik il-mima Marjana fil-bidu tal-Festa. Kienu ftit li hadu sehem imma ghamluha bis-serjeta`. Prosit lill-abbatini tas-servizz li wettqu fil-Funzjonijiet. Fil-loghob tal-bahar hadu sehem hafna tfal, Imma dawn it-tfal imbaghad gew il-knisja jiehdu sehem fil-Funzjonijiet, resqu ghall-Qrar u t-Tqarbin?


Attendenza ghall-Funzjonijiet:

Nahseb li l-fatt li matul in-novena konna qed intellghu xi rigali, zied xi ftit l-attendenza taghkom ghall-Funzjonijiet. Ghalkemm irridu nifhmu l-fatt li l-qofol tal-Festa huma l-Funzjonijiet tal-Knisja. Hija tal-biki li tara nies li s-sena kollha jattendu l-quddiesa tal-Hadd fl-10.00a.m. imbaghad fil-Festa jigu f’hin iehor, l-aqwa li jevitaw il-Pontifikal li jkun fl-10.00a.m. kemm kienet interessanti l-quddiesa tal-Papas tal-Griegi, hasra li l-attendenza kienet minima. Min jattendi l-Funzjonijiet tal-Festa, jekk ghandna sens ta’ kultura lejn l-Arti u l-Muzika Sagra, ikun jista` jitpaxxa bihom it-tnejn gol-knisja taghna armata ghall-Festa u msebbha b’muzika u Kant tassew prestigjuz.


Il-Festi ta’ Barra:

Jidher li l-Festi Esterni ntlaqghu tajjeb minn kulhadd. Attivitajiet li gibdu tant nies fix-Xlendi taghna.  Nahseb li tal-hwienet din is-sena marru tajjeb fil-festa u jixirqilhom ghax fil-gabra li ghamilna ghandhom morna sewwa wkoll.

Hekk ukoll il-Loghob tal-Bahar u l-Gostra, kienu organizzati ferm tajjeb mill-kumitat tal-loghob tal-bahar mwaqqaf il-knisja tax-Xlendi, liema loghob din is-sena gie sponsorjat minn Mr. Peter Lovewell li ukoll hallas l-ispejjez tal-Banda tal-Hadd filghaxija. U xi nghidu ghall-Baned (Kercem u Qala) li bil-marcijiet komplew kabbru l-Festa taghna!!!!


Leave a Reply