Read More

Thank you!

Welcome to the new official page for the Xlendi Church, dedicated to Our Lady of Mt. Carmel. Feel free to move around this site, explore it, and send us feedback on our email xlendichurch@gmail.com

Ejjew Nagħmlu Festa!


Ejjew Nagħmlu Festa


Għal ħafna minna llum il-Festa saret tfisser biss marċijiet, murtali u xi drabi ukoll tbaħrid. Ftit huma dawk fostna li l-festa għalihom qabel kollox tfisser l-aspett reliġjuż.

Fil-jiem li ġejjin fix-Xlendi ser niċċelebraw il-festa tal-Patruna tagħna l-Madonna tal-Karmnu. Din il-festa għandha tfakkarna li Marija Omm il-Feddej hemm bżonn tkun il-qofol ta’ ħajjitna u fil-qofol tal-familji tagħna. Kemm hemm bżonn ngħixu u nduqu mill-imħabba ta’ din l-Omm li rabbiet l-Iben t’Alla. Hemm bżonn li nisktu mill-istorbju tal-ħajja u bħal Marija nagħtu aktar widen għall-Kelma t’Alla. Kemm hemm bżonn li f’mumenti diffiċli u ta’ tbatija ma naqtgħu qatt qalbna u nitolbu lil Marija li għexet il-mument tas-salib. Hemm bżonn li naċċettaw aktar lil xulxin u lill-oħrajn, mingħajr ebda preġudizzji kif Marija dejjem kienet lesta li tisma’ u tgħin lill-proxxmu. Jeħtiġilna bħal Marija nitolbu iktar ħalli nagħarfu x’inhi r-rieda t’Alla f’ħajjitna.

Il-Festa li ser niċċelebraw madwar il-Madonna tal-Karmnu għandha tkun okkażjoni ta’ riflessjoni fuq kemm tassew in-nisrani (int u jien u aħna lkoll) qiegħed jagħraf lil Marija bħala mudell ta’ ħajja ta’ kif wieħed jgħix il-kelma u l-preżenza t’Alla tkun ħaġa tajba li fil-jiem tal-Festa nersqu lejn is-sagramenti tal-qrar u t-tqarbin u nieħdu sehem fil-funzjonijiet tal-knisja, bħala mumenti ta’ grazzja tal-Kelma t’Alla u tal-preżenza ta’ Alla f’ħajjitna.

Hekk il-Festa ma tkunx biss marċijet, logħob tal-baħar, u serati ta’ kant u divertiment soċjali, imma l-festa mill-aspett reliġjuż tagħha ssir ċelebrazzjoni ta’ radd il-ħajr lil Alla għax tana lil Sidtna Marija, bħala Ommna. Marija Omm il-Karmelu u Patruna Tagħna tkompli tħares din il-Komunità ċkejkna tax-Xlendi, fis-sejħa għall-ħajja sħiħa f’dak li jrid il-Mulej minn kull nisrani.

Għeżież il-Mulej iberikkom u Marija Omm il-Karmelu tħariskom fil-ħajja.


Il-festa t-Tajba lil kullħadd

Kan. Giovanni Cremona

Leave a Reply