Meta nharsu
lura lejn il-Festa Titulari tal-Madonna tal-Karmnu li ccelebrajna bejn il-21 t’
Awwissu u l-4 ta’ Settembru 2011,
nistghu nghidu li kellna festa kif imiss.
Nista’ nghid
li malli bdejt il-Gabra fil-Familji u Hwienet, bdejt inhoss li l-festa ser tkun
success. U minn meta ntemmet il-festa rcivejt bosta kummenti sbieh u
nkuragjanti mhux biss minn nies tax-Xlendi izda wkoll minn Maltin u Barranin li
kienu fostna. sahansitra tkellmu xi whud fuq il-Festa tax-Xlendi fuq il-mezzi
tax-xandir u lkoll kellhom kliem ta’ tifhir.
Izda
fid-dinja dak li naghmlu ahna l-bnedmin qatt ma’ jista` jkun perfett ghal
kollox. Ghalhekk avolja kellna Festa xierqa, xorta wahda jibqa` lok biex
f’certi aspetti nirrangaw ghal ahjar.
Il-Hidma
Volontarja:
Gimghat qabel
il-Festa ghamilt appell ghal kull min jista` jghin b’xi mod fl-organizzazzjoni
tal-Festa. Ftit wisq kienu dawk li offrew l-ghajnuna taghhom. Imma lil dawn
it-talin irrid nghidilhom grazzi mill-qalb ghall-hidma volontarja li tawna
fil-festa.
Is-Sehem
tat-Tfal:
Hadna gost
naraw it-tfal jorganizzaw u jaghmlu dik il-mima Marjana fil-bidu tal-Festa.
Kienu ftit li hadu sehem imma ghamluha bis-serjeta`. Prosit lill-abbatini
tas-servizz li wettqu fil-Funzjonijiet. Fil-loghob tal-bahar hadu sehem hafna
tfal, Imma dawn it-tfal imbaghad gew il-knisja jiehdu sehem fil-Funzjonijiet,
resqu ghall-Qrar u t-Tqarbin?
Attendenza
ghall-Funzjonijiet:
Nahseb li
l-fatt li matul in-novena konna qed intellghu xi rigali, zied xi ftit
l-attendenza taghkom ghall-Funzjonijiet. Ghalkemm irridu nifhmu l-fatt li l-qofol tal-Festa huma l-Funzjonijiet tal-Knisja. Hija tal-biki li tara
nies li s-sena kollha jattendu l-quddiesa tal-Hadd fl-10.00a.m. imbaghad
fil-Festa jigu f’hin iehor, l-aqwa li jevitaw il-Pontifikal li jkun
fl-10.00a.m. kemm kienet interessanti l-quddiesa tal-Papas tal-Griegi, hasra li
l-attendenza kienet minima. Min jattendi l-Funzjonijiet tal-Festa, jekk ghandna
sens ta’ kultura lejn l-Arti u l-Muzika Sagra, ikun jista` jitpaxxa bihom
it-tnejn gol-knisja taghna armata ghall-Festa u msebbha b’muzika u Kant tassew
prestigjuz.
Il-Festi ta’
Barra:
Jidher li
l-Festi Esterni ntlaqghu tajjeb minn kulhadd. Attivitajiet li gibdu tant nies
fix-Xlendi taghna. Nahseb li tal-hwienet din is-sena marru
tajjeb fil-festa u jixirqilhom ghax fil-gabra li ghamilna ghandhom morna sewwa
wkoll.
Hekk ukoll
il-Loghob tal-Bahar u l-Gostra, kienu organizzati ferm tajjeb mill-kumitat
tal-loghob tal-bahar mwaqqaf il-knisja tax-Xlendi, liema loghob din is-sena gie
sponsorjat minn Mr. Peter Lovewell li ukoll hallas l-ispejjez tal-Banda
tal-Hadd filghaxija. U xi nghidu ghall-Baned (Kercem u Qala) li bil-marcijiet
komplew kabbru l-Festa taghna!!!!